Avviżi 7 – 8 ta’ Novembru 2020
Il-Ħadd 8 ta’ Novembru – Il-Mejtin Kollha Dumnikani Fid-9:30a.m. jibda l-pelleġrinaġġ fiċ-ċimiterju tal-Addolorata quddiem il-Kappella tax-Xirka tad-Duluri bit-talba tar-Rużarju. Wara quddiesa mmexxija mill-Pirjol. Għat-trasport avviċinaw lili jew lil Grace Gatt jew Maria Camilleri.
L-Erbgħa 11 ta’ Novembru – Ċelebrazzjoni tal-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir Fit-8:00a.m. quddiesa mmexxija mir-rettur tal-Kulleġġ fl-okkażżjoni tal-festa ta’ San Albert il-Kbir
Il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru – 145 sena mill-Bidu tad-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pompei. Bi preparazzjoni tal-miġja tal-Kwadru tal-Madonna ta’ Pompei li ser jinġib il-Birgu s-sena d-dieħla ser infakkru l-bidu ta’ din id-devozzjoni minn iben San Duminku, il-Beatu Bartolo Longo. Wara l-quddiesa tal-10a.m. ser tingħad it-talba tas-Supplika tal-Madonna ta’ Pompei.
Fil-quddiesa tas-6:15p.m. sei infakkru l-Mejtin kollha Dumnikani tal-Ordni.
Fis-7p.m. laqgħa tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.
Comments