Search

Avviżi 8 - 15 ta’ Marzu 2020

  1. Matul din il-ġimgħa li ġejja ser ikollna it-tieni kors ta’ eżerċizzi spiritwali tar-Randan fil-Knisja tagħna fil-quddiesa tal-10:00a.m.

  2. Il-High Tea ta’ għada tħassar u ġie trasferit għall-nhar il-Erbgħa 11 ta’ Marzu fid-9:00a.m. fil-kunvent. Biljetti mingħand il-helpers tas-soltu.

  3. Nhar il-Ġimgħa fis-5:45p.m. ikollna Via Crucis animata mill-Patrijiet Dumnikani.

  4. Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu fis-7p.m. jkollna l-laqgħa tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika fl-oratorju tal-kunvent.

  5. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu ser ikollna ġurnata rtir miftuħ għal kulħadd organizzat mill-Lajċi Dumnikani tal-Birgu fil-Kunvent. L-irtir jibda fid-9:15a.m. u jispiċċa xi 12:30p.m. Wara qed tiġi organizzata ikla tal-ħaruf (jew tiġieġ għal min ma’ jħobbx il-ħaruf) fil-kunvent. Għall-biljetti tistgħu tkellmu l-helpers tas-soltu.

  6. Infakkar li dawk li jridu joffru l-intenzzjonijiet għall-quddies matul dan ix-xahar u fix-xhur l-oħra jistgħu jkellmu lill-Pirjol jew lil Fra Xmun.

  7. Il-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta' €329. Nirringrazzjawkom tal-ġenerozità tagħkom.

  8. Għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem oħtna Doris Debattista. Il-funeral ser isir nhar it-Tnejn fil-Knisja tagħna fis-2:30p.m. Agħtiha o Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

0 views
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa