top of page

Avviżi: 9–10 ta’ Novembru 2019

  1. Il-Hadd 10 ta' Novembru – Pellegrinaġġ għaċ-ċimiterju tal-Addolorata Dawk li għandhom it-trasport ibbukjat nitilqu mill-Birgu fit-8a.m. minn quddiem il-każin. Fit-8:30a.m. jibda l-pellegrinaġġ bir-rużarju madwar iċ-ċimiterju u wara quddiesa fil-Kappella tax-Xirka tad-Duluri minn P. Claudio Borg.

  2. L-Erbgħa 13 ta’ Novembru – Laqgħa ta’ Padre Piju Fl-4:30p.m. hawn fil-Knisja jkollna l-laqgħa ta’ Padre Piju.

  3. Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru – Laqgħat tal-Katekiżmu Fis-7p.m. jkollna it-tieni laqgħa tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika fl-Oratorju tal-Kunvent.

  4. Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru – Pellegrinaġġ tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla Nhar is-sibt il-Parroċċa ta’ Bormla ser tfakkar il-75 sena mill-pellegrinaġġ tal-Istatwa tal-Kunċizzjoni ta’ wara l-gwerra. Fil-5p.m. konċelebrazzjoni fil-Knisja ta’ Kristu Re raħal ġdid u fis-6p.m. jibda l-pellegrinaġġ. Il-Banda Prince of Wales Own ser takkumpanja l-bidu tal-pellegrinaġġ.

Il-Pirjol u l-kommunita’ jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom għall-organizazzjoni tal-ikla fil-Kunvent ta’ nhar il-Ħadd li għadda. Il-qliegħ mill-ikla mar biex itaffi l-ispejjeż tar-restawr tal-gandlieri tad-Duluri li hija ta’ €4,800. Kif tistgħu taraw il-gandlieri kollha ġew ibbanjati bil-fidda u d-deheb u ingħataw wkoll  lega ta’ protezzjoni biex jipproteġi l-banjatura. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li  diġa taw id-donazzjoni tagħhom u nħeġġukom biex tkomplu tgħinuna. 

46 views0 comments

Recent Posts

See All

Komentáře


bottom of page