Avviżi mill-Knisja Dumnikana ta’ Marija Annunzjata, il-Birgu 25– 26 ta’ Jannar 2020
Għada il-Ħadd 26 ta’ Jannar ser jiġi organizzat High Tea fil-Każin fl-4p.m. Għall-biljetti kellmu lill-helpers tas-soltu.
Nhar it-Tlieta 28 ta’ Jannar niċċelebraw il-festa ta’ San Tumas t’Akwinu. Fil-5:30p.m. rużarju.Ffis-5:45p.m. ngħidu t-talba tal-Għasar u fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija u wara barka sagramentali. Wara l-quddiesa l-Lajċi Dumnikani tal-Birgu jkollhom il-laqgħa tax-xahar fl-oratorju fil-kunvent.
Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Jannar fis-7p.m. ikollna l-laqgħa tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika fl-oratorju fil-kunvent.
Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar ser ikollna s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof ta’ 4 studenti tal-Kulleġġ ta’ San Albert fil-Knisja tagħna u ser tkun imexxija mill-Isqof Awżiljaru Mons. Joseph Galea Curmi.
· Nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar ser niċċelebraw il-festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej u Jum il-Ħajja Konsagrata. Fid-9:30a.m. ngħidu t-talba tal-uffiċċju tal-qari u wara t-Tifħir ta' Sbieħ il-Jum. Fl-10a.m. ikollna quddiesa konċelebrata fejn nibdew bit-tberik tax-xemgħa fil-Kappella ta’ Marija Addolorata fil-Knisja.
Fil-Knisja parrokkjali nhar il-Ħadd fl-10:30a.m. ser ikun hemm pontifikal tal-ftuħ tal-festi biċentinarji tal-Kolleġata.
Comments