Avviżi mill-10 sas-16 ta’ Frar 2020

  1. Nhar it-Tnejn 10 ta' Frar – Niċċelebraw is-solennità tan-Nawfraġju ta' San Pawl. Il-ħinijiet tal-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd fit-8am, fl-10am u f’12pm. Infakkrukom li hija festa kmandata u bl-obbligu tal-quddies.

  2. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Frar – Nilqgħu fostna ix-xbieha pellegrina tal-Madonna tal-Grazzja. Fil-5:30p.m. nilqgħu lill-Madonna fuq iz-zuntier tal-knisja u wara ngħidu t-talba tal-għasar, imbagħad ikollna l-quddiesa tas-6:15p.m.

  3. Il-Ġimgħa 14 ta' Frar - Laqgħa tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika fis-7pm fl-oratorju fil-kunvent.

  4. Nhar Il-Ħadd 16 ta’ Frar – ser jiġi organizzat pellegrinaġġ fuq il-qabar tas-Serva t’Alla Francesca Tereża Parlar fl-Anniversarju tal-professjoni tagħha bħala Terzjarja Dumnikana. Tluq mill-Birgu fid-9:00a.m. Fid-9:30a.m. jingħad ir-Rużarju u wara quddiesa fil-Kappella tad-Duluri fiċ-ċimiterju tal-Addolorata.

33 views
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa