Avviżi tal-Ħadd 29 ta' Settembru
Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għall-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-jiem tat-Tridu fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u wara quddiesa bl-omelija minn P. Alan J. Adami. Wara jitkanta l-innu u l-antifona u tingħata l-Barka sagramentali.
Nhar il-Ħamis 3 t’Ottubru ser issir konferenza fuq it-Talba tar-Rużarju Mqaddes fl-Oratorju fil-Kunvent. Mistiedna b’mod speċjali l-Lajċi Dumnikani u l-fratelli u sorelli tal-Fratellanza tar-Rużarju.
Nhar il-Ġimgħa 4 t’Ottubru fl-aħħar jum tat-tridu fil-quddiesa tas-6.15p.m. ser jitbierek u jitqassam iż-żejt tal-Madonna tar-Rużarju. Bħal ma wieħed jista jara hemm iż-żejt mixgħul quddiem ix-xbieha devota tal-Madonna tar-Rużarju. Wara l-quddiesa ser issir il-professjoni tal-fratelli u sorelli ġodda. Importanti li dawk li ser jinkitbu fil-fratellanza ikellmu lis-Sur Joseph Tabone u jattendu għall-quddiesa ta’ nhar il-Ġimgħa.
Matul din il-ġimgħa ser ikun hemm karti attaposta quddiem ix-xbieha tal-Madonna tar-Rużarju biex wieħed jikteb il-grazzja li jixtieq jaqla bl-interċessjoni ta’ Ommna Marija.
Nhar il-Ġimgħa 4 t’Ottubru ser tiġi organizzata attivita soċjali – Tortellata fil-Kjostru tal-Kunvent fit-8p.m. il-prezz huwa ta’ €10.00. Għal biljetti irrikoru għand P. Claudio Borg.
Nhar is-Sibt 5 t’Ottubru- Lejliet il-Festa: Fil-5:30p.m. jingħad ir-Rużarju. Fis-5:45p.m. ikollna transalazzjoni ta-relikwija u wara l-ewwel talba tal-għasar. Importanti li jattendu il-fratelli u s-sorelli tal-fratellanza tar-Rużarju. Fis-6.15p.m. quddiesa ta’ lejliet il-festa li fiha P. Tonio Mallia Milanes ser irrodd ħajr lil Alla tal-25 Anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.
Nhar il-Ħadd 6 t’Ottubru – Jum il-Festa Quddies fit-8a.m., fl-10a.m. u 12p.m. Il-quddiesa tal-10a.m. ser tkun animata miż-żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu. Wara l-quddiesa tal-10a.m. tingħad is-Supplika tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei. Fis-5:45p.m. tingħad it-talba tat-tieni għasar. Fis-6p.m. quddiesa solenni tal-festa mmexxija mill-Pirjol. Wara toħroġ il-purċissjoni bix-xbieha devota tal-Madonna tar-Rużarju u Missierna San Duminku. Fi tmiem tal-purċissjoni titkanta l-antifona u tingħata l-barka sagramentali.
Matul ix-xahar t’Ottubru kuljum fis-6p.m. jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija.
Minn irrid programm tal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju jista jikseb wieħed mis-sagristija.
Comments