top of page
facebook cover Centinarju festa 2021 - san duminku.jpg

Mota tat-Tħabbira tal-Festa

Il-Ġimgħa 20 t’Awwissu

Fis-6:15pm Quddiesa mmexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra O.P. għall-volontiera kollha tal-knisja u l-kunvent.


Fit-8:00pm tindaqq mota tat-tħabbira tal-Festa Ċentinarja.

Ftuħ tal-Festa u l-wasla tar-Relikwija ta’ Missierna San Duminku minn Ruma

Is-Sibt 21 t’Awwissu

WhatsApp Image 2020-02-12 at 14.42.27 (1).jpeg

Fil-11.45am Wasla tar-Relikwija tal-Kranju minn Ruma ġewwa il-Birgu.
Fis-6:15pm Quddiesa mmexxija mir-Rev. Kan. Dun Marc Andre Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa u Rettur tal-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.


Fis-7p.m. Traslazzjoni Solenni bil-Kranju ta’ Missierna San Duminku. Jassisti l-Em. T. Kyrillos Katerelos, Isqof Metropolita tal-Ortodossi Kristjani ta’ Krini u Malta bis-sehem tal-Provinċjali tal-ordnijiet reliġjużi. Il-Knejjes tal-Kottonera jsellmu lir-relikwija b’daqq ta’ mota tal-qniepen. Wara kant tal-Antifona, Talba tal-Għasar Solenni u Barka Sagramentali bis-sehem tal-orkestra.

Jum l-Għaqdiet Dumnikani tal-Birgu

Il-Ħadd 22 t’Awwissu

Fl-10am Quddiesa solenni mmexxija mis-Sotto Pirjol P. Tonio Mallia Milanes OP għall-għaqdiet Dumnikani tal-Birgu. Wara l-abbatini jġorru x-xbieha ta’ San Duminku tat-tfal fil-Knisja.


Fit-8p.m. Akkademja Mużikali mtellgħa mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Dr. George Vella. Wara l-President jikxef irħama kommemorattiva fil-Każin.

Jum Pellegrin bil-Kranju ta’ San Duminku
 

It-Tnejn 23 t’Awwissu

Fis-6:30am ir-Relikwija tal-Kranju titlaq mill-Knisja tagħna biex iddur il-Knejjes Dumnikani ta’ Malta.


F’12pm Il-Provinċjal flimkien mal-Pirjol u l-Komunità jilqgħu lill-W.R. Majjistru tal-Ordni Dumnikan P. Gerard Francesco Timoner III ġewwa l-Birgu.


Fil-5.30pm il-W.R. Majjistru tal-Ordni P. Gerard Timoner III imexxi t-Talba tal-Għasar fil-Bażilika tal-Portu Salvu u San Duminku l-Belt Valletta. Wara ir-relikwija taqsam il-Port il-Kbir bil-baħar lejn il-Birgu. Mal-wasal fil-Knisja tal-Lunzjata, titkanta l-Antifona. Il-Majjistru tal-Ordni jitlob it-Talba Ġublew u tingħata l-Barka Sagramentali.

L-Aħħar Tlieta ta’ Missierna San Duminku

It-Tlieta 24 t’Awwissu

Fil-5:30pm Rużarju u wara talba tal-għasar mmexxija mis-Sotto Pirjol P. Tonio Mallia Milanes OP.


Fis-6:15pm Quddiesa solenni mmexxija mill-W.R. Majjistru tal-Ordni Dumnikan P. Gerard Francesco Timoner III, bis-sehem tal-Provinċja Dumnikana. Għall-quddiesa mistednin il-fergħat kollha Dumnikani tal-Provinċja. Wara jsir il-kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.


Fit-8:30pm Il-W.R. Majjistru tal-Ordni Dumnikan P. Gerard Francesco Timoner III jinawgura l-proġett tas-Sala l-Kbira tal-Każin tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu.

Jum l-Għaqdiet Soċjali tal-Birgu

L-Erbgħa 25 t’Awwissu

Fil-5:30pm Rużarju, Kurunella u wara talba tal-Għasar mmexxija minn P. Alan J. Adami OP.


Fis-6:15pm Quddiesa Solenni mmexxija mir-Rev. Kan. Arċipriet Dun Karm Busuttil bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Birgu. Jippriedka ir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra O.P. Mistednin l-għaqdiet soċjali kollha tal-Birgu. Wara kant tal-Innu, Antifona u Barka Sagramentali.


Fit-8:30pm Lejla Mużikali u letterarja fil-kjostru tal-Kunvent.

Ġurnata Ewkaristika

L-Erbgħa 6 ta’ Jannar 2021

Wara l-quddiesa tas-7:30a.m. issir espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija u tkompli
sas-6:15p.m.

Fis-5:45p.m. talba tal-Għasar wara quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P., wara tingħata l-barka sagramentali.

Jum ir-Reliġjużi

Il-Ħamis 26 t’Awwissu

Fil-5:30pm Rużarju, Kurunella u wara talba tal-Għasar mmexxija mir-Rev. Kan. Dun Ivan Aquilina.


Fis-6:15pm Quddiesa solenni mmexxija mir-Rev. Kan. Arċipriet Dun Robin Camilleri bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Isla. Jippriedka ir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra O.P. Mistednin ir-reliġjużi tal-Kottonera. Wara kant tal-Innu, Antifona u Barka Sagramentali.


Fit-8:30pm Lejla soċjali fil-każin tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own.

Jum il-Lajċi Dumnikani

Il-Ġimgħa 27 t’Awwissu

Fl-10am Quddiesa għall-impjegati kollha tal-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir mmexxija mir-Rettur tal-Kulleġġ P. Aaron Zahra OP.


Fil-5:30p.m. Rużarju, Kurunella u wara talba tal-Għasar mmexxija mir-Rev. Kan. Dun Stefan Galea.


Fis-6:15pm Quddiesa solenni mmexxija mir-Rev. Kan. Arċipriet Dun Anton Cassar bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Bormla. Jippriedka ir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP. Mistednin il-Lajċi Dumnikani tal-Birgu. Wara kant tal-Innu, Antifona u Barka Sagramentali.


Fit-8:30pm Ċelebrazzjoni Festiva fi Triq il-Mina il-Kbira.

Lejliet il-Festa

Is-Sibt 28 t’Awwissu

Fl-10am Quddiesa bir-rit Biżantin mmexxija mir-Rev. Papas Martin Zammit. Mistiedna l-komunità Griega Kattolika tal-Knisja ta’ San Nikola tal-Belt.


Fil-5:45pm Rużarju.


Fis-6.15pm Quddiesa kantata mmexxija mill-W.R. Provinċjal P. Vince Micallef O.P. bis-sehem tal-orkestra.


Fis-7pm Ingress solenni tal-Em. T. Il-Kardinal Michael Louis Fitzgerald M.Afr. Wara l-Em. T. Fitzgerald imexxi Għasar Pontifikali Solenni bis-sehem tal-orkestra, Antifona u Barka Sagramentali.


Fit-8:30pm Programm Mużikali mtellgħa mill-Kumitat tal-Festi Esterni San Duminku l-Birgu flimkien mal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu taħt il-Patroċinju tal-Em. T. Il-Kardinal Fitzgerald M.Afr. fi Triq il-Mina il-Kbira.

Jum il-Festa

Il-Ħadd 29 t’Awwissu

0_JS197363735_edited.jpg

Fis-6:45am Quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Alfred Debono OCD.


Fit-8am Quddiesa mmexxija minn P. Michael Camilleri OP, Pirjol u Kappillan tal-Belt.


Fid-9:15am Ingress Solenni tal-Em. T. il-Kardinal Fitzgerald M.Afr.


Fid-9:30am Pontifikal Solenni tal-Festa Ċentinarja mmexxi mill-Em. T. il-Kardinal Michael Louis Fitzgerald M.Afr. Jinseġ il-paniġierku P. Alan J. Adami OP.


F’12pm Quddiesa mmexxija minn P. Karm Spiteri OCD.


Fis-6:15pm Quddiesa mmexxija minn P. Llewellyn Muscat OP, surmast tal-istudenti

u Promotur tal-Vokazzjonijiet Dumnikani.


Fis-7:15p.m. Għasar Pontifikali Solenni mmexxi mill-Em. T. Il-Kardinal Fitzgerald M.Afr., kant tal-Antifona, Te Deum, u Barka Sagramentali bis-sehem tal-orkestra. Wara ssir ir-repożizzjoni tar-relikwija tal-Kranju.


Fit-8:30p.m. Ħruq ta’ nar tal-ajru fil-port il-kbir.

* Ma’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet hemm marbuta l-indulġenza plenarja li ta l-Q.T. il-Papa Franġisku lil dawk li jattendu ċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mat-VIII Ċentinarju tal-Mewt ta’ Missierna San Duminku.

** Il-Mużika fil-ftuħ tal-festa, lejliet, u nhar il-festa tkun tal-Kappella Bugeja taħt id-direzzjoni ta’ Rev. P. Salv Galea OP. Fil-ġranet l-oħra il-mużika tkun taħt it-tmexxija tas-Surmast Stephen Camilleri.

Niżżel il-Poster Uffiċjali minn hawn.

bottom of page