26-27 ta' Novembru 2022
Il-Ħadd 27 ta’ Novembru – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Fis-6p.m. Ser nibdew is-sessjonijiet marbuta mal-Avvent b’adorazzjoni, rużarju u talba tal-Għasar u l-Kompjeta fil-Knisja quddiem il-kappella tas-sagrament.
Il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru – L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar u Lejliet is-Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Wara l-quddiesa tal-10am issir l-adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5:45p.m. Rużarju. Fis-6p.m. Talba tal-Ewwel Għasar tas-Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja. Fis-6:15p.m. Quddiesa.
Is-Sibt 3 ta’ Diċembru – Is-Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Fis-5:45p.m. Rużarju. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar kantata. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata u kkonċelebrata.
Matul dan il-weekend qegħdin inqassmu l-fuljett mit-Telgħa tal-Lunzjata li fih għandkom issibu l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Avvent u l-Milied.
Comments