Avviżi 20 – 21 ta’ Mejju 2023
It-Tlieta 23 ta’ Mejju – It-tieni Tlieta ta’ San Duminku Fis-5:45p.m. rużarju quddiem Ġesù Sagramentat. Fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija. Wara tingħad il-kurunella, antifona u barka sagramentali.
L-Erbgħa 24 ta’ Mejju – Festa tat-Tranżalazzjoni ta’ Missierna San Duminku Fil-5:30p.m. rużarju u wara talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. quddiesa fuq l-artal ta’ Missierna San Duminku. Wara l-quddiesa jsir it-tberik tal-ħobż ta’ San Duminku.
Is-Sibt 27 ta’ Mejju – Lejliet is-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin Fil-5:30p.m. rużarju. Fis-5:45p.m. talba tal-Għasar Kantata. Fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija.
Il-Ħadd 28 ta’ Mejju – Solennità ta’ Għid il-Ħamsin Quddies: 8a.m. u 12p.m. Fl-10a.m. quddiesa kantata.
Dawk li m’għandhomx il-fuljett bl-envelope fejn wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu b’risq il-festa ta’ ġewwa ta’ San Duminku, jistgħu jieħdu wieħed minn fejn il-bieb tal-knisja. L-envelopes ser jinġabru is-Sibt u l-Ħadd li ġej. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità kbira tagħkom.
Comments