top of page

Avviżi 1 - 2 ta’ Mejju 2021

L-Erbgħa 5 ta’ Mejju – Festa ta’ San Vinċenz Ferrer 5:30p.m. Rużarju u Kurunella ta’ San Vinċenz 6p.m. Talba tal-Għasar Kantata 6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija minn P. Llewwellyn Muscat O.P. Wara antifona u barka sagramentali. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ser jiġi inawgurat ir-restawr tat-terħa tar-rakmu ta’ San Vinċenz Ferrer.


Il-Ġimgħa 7 ta’ Mejju – Lejliet il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei 6p.m. Rużarju 6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Fis-6:45p.m. Velja ta’ talba Marjana animata mill-Kor.


Is-Sibt 8 ta’ Mejju – Festa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei Quddiesa fis-7:30a.m. iċċelebrata minn P. Tonio Mallia Milanes O.P. Fl-10a.m. ma’ jkun hemm quddies. Fil-11a.m. Talba tar-Rużarju meditata. Fil-11:15a.m. Quddiesa bl-omelija mmexxija mill-Pirjol. F’12p.m. Tingħad is-Supplika tal-Madonna ta’ Pompei u barka sagramentali. Fis-6p.m. Rużarju Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. Fil-quddiesa jiġi amministrat is-sagrament tal-magħmudija. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.

Matul din il-ġimgħa qed isir il-bejgħ ta’ pjanti mill-intrata tal-kunvent organizzata mill-kumitat tal-festa.

Qed naċettaw booking ta’ bukketti tal-fjuri friski għall-jum l-Omm. Dawn ikunu jistgħu jinġbaru mill-intrata tal-kunvent. Il-prezz tal-Bukkett huwa ta’ Eur 10. Din qed isir bħala fundraising għall-proġetti tal-knisja.


Il-Parroċċa tavża li nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju fl-4:30p.m. ser issir laqgħa u l-Ewwel qrara tat-tfal u li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Il-ġenituri mistiedna jattendu wkoll.

21 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page