top of page

Avviżi 11 – 12 ta’ Diċembru 2021

Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Fl-10a.m. Quddiesa tan-Novena tal-Milied mmexxija mir-Rettur u l-Pirjol P. Aaron Zahra OP iddedikata lit-tfal tal-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir. Wara l-quddiesa toħroġ il-purċissjoni bil-Bambin fit-toroq animata mit-tfal u l-ġenituri tal-Kulleġġ. Jistgħu jieħdu sehem fil-purċissjoni dawk li jkunu rreġistraw minn qabel u kulħadd irrid isegwi d-direttivi tal-Covid-19. Fis-6p.m. ċelebrazzjoni “Ngħixu l-Avvent flimkien” hawnhekk fil-knisja.


It-Tnejn 20, It-Tlieta 21 u l-Erbgħa 22 ta’ Diċembru – Jiem tan-Novena Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara tingħad il-kurunella tal-Bambin Ġesù quddiem il-presepju.


Il-Ħamis 23 ta’ Diċembru – L-Aħħar Jum tan-Novena Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Fis-7p.m. Christmas Carol Service bis-sehem tal-Kor Princeps Melitae.


Il-Ġimgħa 24 ta’ Diċembru – Lejliet il-Milied Quddies: 7:30a.m. , 10a.m. Qrar: 7:30a.m. – 8:15p.m.; 9:30a.m. – 10:15a.m.; 5p.m. – 5:45p.m. fil-Knisja. Fis-5:45p.m. Talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa.

Fil-11:15p.m. Talba tal-Uffiċċju tal-Qari u Priedka tat-tifel minn Kayrin Tabone Bondin. F’12a.m. Quddiesa tal-Lejl tal-Milied imexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP.


Is-Sibt 25 ta’ Diċembru – Jum il-Milied Fis-6:45a.m. Quddiesa tas-sebħ skond ir-Rit Dumnikan iċċelebrata minn P. Alan J. Adami OP Quddies: 8a.m. , 10a.m., 12p.m. u 6:15p.m. Fid-9a.m. Tifħir ta’ sbieħ il-Jum Fl-10a.m. Quddiesa kantata mmexxija minn P. Alan J. Adami O.P.


Il-Ħadd 26 ta’ Diċembru – Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù Quddies: 8a.m. , 10a.m., 12p.m.


Il-Pirjol u l-Komunità tal-Patrjiet Dumnikani jawguraw lilkom u l-familji kollha tagħkom Milied Qaddis.

28 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page