top of page

Avviżi 11 -12 ta’ Marzu 2023

L-Erbgħa 15 ta’ Marzu – Festa ta’ Ġesù Redentur

Il-quddies matul il-ġurnata ser ikun: Fis-7:30a.m., fid-9:30a.m., ser ikollna quddiesa għall-ġrupp ta’ Karmelitani miż-Żurrieq, u quddiesa fl-10a.m.

Fis-6p.m. tibda Via Sagra animata fi Triq il-Lunzjata u wara quddiesa fil-bitħa tal-Armerija fuq it-Torri ta’ San Ġwann. Il-Via Sagra ser noffruha għall-paċi fid-dinja u għall-

bżonnijiet tal-morda kollha.


Il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu – Via Crucis Fis-5:45p.m. Via Sagra animata fil-knisja.


Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu – Irtir tar-Randan Infakkrukom li l-irtir tar-Randan organizzat mill-Kunsill tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu ser isir nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu fid-9a.m. F’12p.m. ikollna ikla flimkien għall-prezz ta’ €18. Għall-booking kellmu lil Grace Gatt.


Dawk li jixtiequ joffru d-donazzjoni tagħhom għall-fjuri tas-Sepulkru jistgħu jagħtu d-donazzjoni tagħhom lil Maria Camilleri.


Il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja, li saret il-weekend li għadda, laħqet is-somma ta’ €652.82ċ. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożità kbira tagħkom.

71 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page