top of page

Avviżi 13-14 ta' Novembru 2022

Nhar it-Tlieta 15 ta’ Novembru niċċelebraw il-Festa ta’ San Albert il-Kbir Fis-5:45p.m. Rużarju u wara talba tal-Għasar Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija u wara tingħad il-Kurunella u barka Sagramentali.

Nhar il-Ħadd 20 ta’ Novembru – Pelleġrinaġġ għaċ-Ċimiterju tal-Addolorata Ser ikollna l-pellegrinaġġ annwali għaċ-ċimiterju tal-Addolorata u l-Kappella tax-Xirka tad-Duluri. Fit-3:30p.m. Rużarju tal-erwieħ u wara quddiesa mmexxija mill-pirjol fil-Kappella tax-Xirka tad-Duluri u tberik tal-oqbra. Dawk interessati li jiġu bit-trasport tagħna jkellmu lil Maria Camilleri jew Grace Gatt. It-Trasport jitlaq fit-3p.m.

36 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page