top of page

Avviżi 14 – 15 ta’ Novembru 2020

1. It-Tnejn 16 ta’ Novembru – Festa ta’ San Albert il-Kbir Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. tingħad il-kurunella u barka sagramentali.

2. Il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru – Laqgħa tal-Katekiżmu għall-Adulti Fis-7p.m. laqgħa tal-katekiżmu fil-Kjostru tal-Kunvent.

3. Il-Ħadd 22 ta’ Novembru – Solennità ta’ Kristu Re Fl-10a.m. Quddiesa Kantata. Fis-7p.m. quddiesa mtellgħa miż-Żgħażagħ Dumnikani fil-Kjostru tal-Kunvent fl-Okkazzjoni ta’ Kristu Re. Il-quddiesa miftuħa għal kulħadd, imma mistiedna b’mod speċjali l-adoloxxenti, żgħażagħ u koppji żgħar.

4. Intom u ħerġin mill-knisja ser titqassmilkom ittra rigward iċ-ċentinarju ta' Missierna San Duminku u l-envelope biex wieħed ikun jista' jagħti d-donazzjoni tiegħu b'risq l-ispejjeż tas-sena ċentinarja. Grazzi bil-quddiem tal-għajuna kbira tagħkom!

5. Il-Kumitat taċ-ċentinarju flimkien mal-Kunsill tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu ħejja novena ta’ taħditiet fuq il-Kariżma Dumnikana bi preparazzjoni għaċ-ċentinarju ta’ San Duminku bl-isem ta’ Aquae Sapientiae. L-Ewwel taħdita ser tkun il-Ħamis 3 ta’ Diċembru fis-7p.m. fil-Kjostru tal-Kunvent. Aktar informazzjoni fuq opbirgu.org/konferenzi




61 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page