top of page

Avviżi 15 - 16 ta’ Mejju 2021

  1. Il-Ħadd 16 ta’ Mejju inkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku. Fl-10a.m. quddiesa għall-għaqdiet Dumnikani tal-Birgu. Wara r-rappreżentanti tal-għaqdiet ser ipoġġu kuruni tar-rand quddiem l-istatwa ta’ San Duminku fi triq il-Mina l-Kbira. Fis-7:30p.m. ser ikollna Son et lumiere fil-kjsotru, lejla mdawwla bi ħsibijiet u mużika fuq San Duminku. Minn irrid jattendi jinformani wara fis-sagristija minħabba d-direttivi tal-Covid-19.

  2. It-Tnejn 17 ta’ Mejju – Lejliet l-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-5:45p.m. Rużarju u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. u wara barka sagramentali. Wara mota solenni tat-tħabbira tat-Tlietit ta’ Missierna San Duminku.

  3. It-Tlieta 18 ta’ Mejju – L-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku. Fil-5:30p.m. Rużarju Fis-5:45p.m. Talba tal-Għasar Fis-6p.m. Ingress solenni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Fis-6:15p.m. Quddiesa Solenni tal-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Wara ssir l-inawgurazzjoni tal-pittura l-ġdida tal-artal ta’ San Duminku.

  4. Il-ġabra speċjali ta’ dan ix-xahar laħqet is-somma sabiħa ta’ €1,136.38c. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ tagħkom. Nirringrazzjawkom ukoll tad-donazzjonijiet tagħkom tal-ġabra oħra li saret għall-proġett tal-winch li laħqet is-somma ta’ €520.

48 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page