top of page

Avviżi 18-19 ta' Frar 2023

It-Tlieta 21 ta’ Frar – Velja ta’ talb bi preparazzjoni għar-Randan Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ikollna adorazzjoni b’riflessjonijiet fuq il-Wiċċ ta’ Kristu u s-servizz tal-qrar.


L-Erbgħa 22 ta’ Frar – Ras ir-Randan Infakkrukom li huwa jum ta’ Sawm u Astinenza Fil-5:30p.m. rużarju u talba tal-Għasar fil-kjostru tal-kunvent. Fis-6p.m. tibda l-funzjoni fil-kjostru tal-kunvent bil-kant tal-litanija tal-Qaddisin Dumnikani u wara mixja ta’ fidi u tkompli l-quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra.


Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar – Via Crucis Fis-5:45p.m. Via Sagra animata fil-knisja.


Il-Ħadd 26 ta’ Frar – Laqgħa ta’ formazzjoni għal-Lajċi Dumnikani Fl-4:30p.m. ser issir laqgħa ta’ formazzjoni organizzata mill-Kunsill Provinċjali tal-Lajċi Dumnikani fil-Kunvent ta’ Gwardamanġa. Għat-trasport kellmu lil Grace Gatt jew Maria Camilleri.

Matul dan il-weekend qed jitqassam il-fuljett tar-Randan 2023. Fih issibu id-dettalji taċ-ċelebrazzjonijiet kollha matul ir-Randan.

Il-ġabra tal-weekend li għadda b’risq il-vittmi tat-terremot tas-Sirja u t-Turkija laħqet is-somma ta’ €987.00c. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożità kbira tagħkom u tad-donazzjonijiet tal-ikel. Inħeġġukom tkomplu titolbu għalihom.

Nawgurawlkom Randan qaddis li fih tiskopru iktar l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla f’ħajjitkom.

63 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page