top of page

Avviżi 18-19 ta' Jannar 2020

  1. Il-laqgħa tal-katekiżmu tal-Knisja Kattolika din il-ġimgħa ser isiru nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar fis-7:00p.m. fl-oratorju fil-kunvent flok nhar il-Ġimgħa.

  2. Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar ser issir ċelebrazzjoni tal-għeluq tal-festi ċentinarji tal-mewt ta’ San Vincenż fil-Knisja ta’ San Duminku, il-Belt. Fis-5:45p.m. rużarju u fis-6:15p.m. quddiesa kantata mmexxija mill-Provinċjal. Ser jiġi organizzat transport mill-Birgu. Għal aktar informazzjoni kellmu lil Marija Camilleri jew lil Grace Gatt.

  3. Nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar ser jiġi organizzat High Tea fil-Każin fl-4p.m. għall-biljetti kellmu lill-helpers tas-soltu.

  4. Nhar it-Tlieta 28 ta’ Jannar ikollna l-laqgħa tax-xahar tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu wara l-quddiesa tal-festa ta’ San Tumas t’Akwinu.  

  5. Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar ser ikollna s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof ta’ 4 studenti tal-Kulleġġ ta’ San Albert fil-Knisja tagħna u ser tkun imexxija mill-Isqof Awżiljaru Mons. Joseph Galea Curmi.

44 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page