top of page

Avviżi 18 – 19 ta’ Ġunju 2022

It-Tlieta 21 ta’ Ġunju – Is-Sitt Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju u litanija ta’ San Duminku. Fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija. Wara tingħad il-kurunella, kant tal-antifona u barka sagramentali.


Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju – Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir Fis-6p.m. Purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-praċett li toħroġ mill-kunvent għall-knisja. Wara quddiesa animata għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir immexxija mir-Rev. Rettur P. Aaron Zahra O.P.


Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju – Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù Fl-10a.m. quddiesa bl-omelija u wara adorazzjoni, tingħad il-litanija tal-Qalb ta’ Ġesù u barka sagramentali.

Infakkarkom li matul dan ix-xahar qegħdin niġbru d-donazzjonijiet tagħkom b’risq il-proġett tal-pittura tal-artal ta’ San Vinċenz. Wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu lil xi membru tal-komunità.

F’ismi u f’isem il-Patrjiet Dumnikani tal-Birgu nawguraw l-isbaħ xewqat lil Missierijiet kollha u nitoblu l-barka tal-Mulej fuqkom.

5 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page