top of page

Avviżi 19-20 ta' Diċembru 2020

Il-Ħadd 20 ta’ Diċembru Fl-10a.m. Quddiesa tan-Novena tal-Milied għaż-żagħżagħ u t-tfal animata mill-grupp Unitas. Fis-7p.m. Carol Service tal-Milied mill-Kor Princeps Melitae. Wieħed jista’ jiġbor il-biljett tad-dħul mis-sagristija.

It-Tnejn 21, It-Tlieta 22 u l-Erbgħa 23 ta’ Diċembru – Jiem tan-Novena tal-Milied. fis-6p.m. jkollna t-talba tar-Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u barka sagramentali. Wara quddiesa bl-omelija u wara tingħad il-kurunella lill-Ġesu’ Bambin quddiem il-presepju.

Il-Ħamis 24 ta’ Diċembru: Lejliet il-Milied Servizz tal-qrar: Mis-7:30am. sa 8:30a.m. , mid-9:30a.m. – 10:30a.m., 5:30p.m. – 6:00p.m. Quddies: 7:30a.m. u 10a.m. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar kantata. 11:15p.m. Talba tal-Uffiċċju tal-Qari, Priedka tat-tifel minn Kayrin Tabone Bondin. 12a.m. Quddiesa solenni u kkonċelebrata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP.

Il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru – Jum il-Milied Fis- 6:45a.m. quddiesa tas-sebħ bir-Rit Dumnikan. Fit-8a.m. Quddiesa Fid-9a.m. Tifħir ta’ sbieħ il-jum. Fl-10a.m. Quddiesa kantata. F’ 12p.m. Quddiesa. Filgħaxija ma’ jkun hemm quddies.

Matul dan il-weekend qed issir il-ġabra speċjali tax-xahar ta’ Diċembru. Wieħed jista’ jitfa’ d-donazzjoni tiegħu fil-kaxxa tal-ġbir fin-nofs tal-knisja. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.

F’ismi u f’isem il-Komunita’ tal-Patrijiet Dumnikani nawgurawlkom Milied qaddis lilkom u l-familji kollha tagħkom, b’mod speċjali dawk li jinsabu rikoverati fl-isptarijet u djar tal-anzjani. Inwegħdukom it-talb tagħna.




24 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page