top of page

Avviżi 19-20 ta' Novembru

Is-Sibt 19 ta’ Novembru – Velja ta’ Talba -Solennità ta’ Kristu Re Illejla wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ser issir velja ta’ talb fl-okkażjoni ta’ lejliet is-Solennità ta’ Kristu Re. Ser ikun hawn is-servizz tal-Qrar u espozizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat mis-7p.m. sal-10p.m.

Il-Ħadd 20 ta’ Novembru – Solennità ta’ Kristu Re Fl-10am Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP Fis-2:45p.m. ninġabru biex nitilqgħu minn quddiem il-Knisja għall-Pellegrinaġġ għaċ-ċimiterju tal-Addolorata. Fit-3:30p.m. Rużarju tal-Erwieħ u wara quddiesa fil-Kappella tax-Xirka tad-Duluri u tberik tal-oqbra. Fil-5p.m. Mons. Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt.

Is-Sibt 26 ta’ Novembru – Bidu tal-Avvent Fil-quddiesa tas-6:15p.m. isir it-tberik tal-girlanda tal-Avvent. Infakkrukom li hu importanti li ngħixu b’mod spiritwali ż-żmien tal-Avvent. Dan huwa żmien li l-Knisja tpoġġi quddiemna biex nirriflettu fuq l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla li għoġbu jsir bniedem bħalna biex isalvana. Bħala komunità Dumnikana qegħdin noffru programm ta’ mixja spiritwali kull nhar ta’ Ħadd fi żmien l-Avvent.

Il-Ħadd 27 ta’ Novembru – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Fis-6p.m. ser nibdew is-sessjonijiet marbuta mal-Avvent b’adorazzjoni, rużarju u talba tal-Għasar u l-kompjeta fil-knisja quddiem il-kappella tas-Sagrament.

Illum qiegħda ssir il-ġabra speċjali tax-xahar b'risq il-knisja tagħna. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

39 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page