top of page

Avviżi 19-20 ta’ Settembru 2020


L-artal ta' San Duminku ta' Soriano fil-Knisja l-antika tal-Lunzajta
  1. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru ser niċċelebraw il-festa ta’ San Duminku ta’ Soriano. Fis-6p.m. Rużarju u fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija u wara kurunella ta’ San Duminku u barka sagramentali.

  2. Matul din il-ġimgħa tkompla x-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa ta’ San Duminku tal-Kappella tax-Xirka tad-Duluri taċ-ċimiterju tal-Addolorata. L-istatwa tinsab fil-kjostru tal-kunvent għal min irrid jara x-xogħol li qed isir. Inħeġġukom biex tgħinuna bid-donazzjonijiet tagħkom b’risq dan ir-restawr. Għad-donazzjonijiet tistgħu taviċċinaw lil pirjol.

  3. Infakkarkom li fl-4 t’Ottubru ser niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju. Dakinhar ser nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet li ser ifakkru il-Ġublew tal-450 sena mit-Twaqqif tal-Fratellenza tar-Rużarju Mqaddes fil-Knisja tagħna. Dawk li jixtieq jinkitbu fil-fratellanza tar-Rużarju javiċċinaw lil Fra Xmun jew lis-Sur Joseph Tabone. Il-professjoni tal-fratelli u sorelli ġodda ser issir il-Ġimgħa 2 t’Ottubru.

  4. Il-parroċċa tavża li l-lezzjonijiet tal-katekiżmu ser jibdew mit-Tnejn 12 t’Ottubru. Yrs 1, 2, 3 fil-5:30p.m. u 4, 5 , 6 fis-5:45p.m. Hemm direttivi tal-Covid 19 marbutin mal-lezzjonijiet tal-katekiżmu li t-tfal u l-ġenituri rridu jsegwu.

104 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page