top of page

Avviżi 19 ta' Awwissu 2019

  1. Għada/illum fl-10a.m. quddiesa tal-ftuħ tal-festa mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. għaż-żgħażagħ u t-tfal. Wara ssir il-festa tat-tfal mill-knisja sal-każin. Wara ser jiġu inawgurati l-proġetti ġodda tal-armar ta’ barra u tiġi inawgurata sorpriża kbira għal festa ta’ din is-sena.

  2. Nhar it-Tnejn huwa Jum is-Saċerdoti u r-Reliġjużi. Fis-6:00p.m. rużarju u wara quddiesa ta’ rringrazzjament tal-25 Anniversarju tal-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ P. Claudio Borg O.P.

  3. It-Tlieta Jum il-Lajċi Dumnikani u l-aħħar Tlieta ta’ San Duminku. Fis-6p.m. rużarju u quddiesa mmexxija mill-E.T. l-Isqof Joseph Galea Curmi. Mistiedna l-Lajċi Dumnikani. Fit-8p.m. lejla soċjali quddiem il-Każin. Għal biljetti tistgħu tkellmu lil xi membru tal-kumitat tal-festa.

  4. L-Erbgħa , l-Ħamis u l-Ġimgħa niċċelebraw il-jiem tat-Tridu. Jippriedka l-omeliji tat-Tridu Dun Emanuel Schembri.

  5. Il-Ħamis fl-10a.m. quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. u jippriedka l-omelija l-Arċipriet Dun Karm Busuttil għall-anzjani kollha tal-Birgu. Wara jkollna reċiviment għall-anzjani kollha fil-kjostru tal-kunvent.

  6. Is-Sibt lejliet il-festa, fis-7.30a.m quddiesa bil-kanta ta’ Te Deum u fis-6p.m. Translazzjoni solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona O.P., wara quddiesa u barka sagramentali.

  7. Il-Ħadd Jum il-festa ikollna quddiesa fis-7a.m u fit-8a.m. Fid-9.15a.m. quddiesa solenni tal-festa mmexxija mill-Provinċjal tad-Dumnikani P. Frans Micallef O.P., jinseġ il-paniġierku P. Reno Muscat O.P. Fis-6p.m. rużarju u quddiesa b’talb għall-Vokazzjonijiet Dumnikani. Fis-7.15p.m. ħruġ tal-purċissjoni bil-vara artistika ta’ Missierna San Duminku. Bħal ma’ tafu l-festa ġġib ħafna spejjeż magħh, għalhekk inserrħu fuq il-ġenerożitaż tagħkom. Minn jixtieq jagħti xi donazzjoni għal festa ta’ ġewwa jista jagħmel dan mal-Pirjol jew ma’ Fra Xmun. Id-donazzjonijet għal festa ta’ barra jingħataw lil kaxxier is-Sur Alfred Debattista. F’ismi u f’isem il-kumitat tal-festa nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-għajuna tagħkom.

  8. Il-Pirjol jixtieq javża biex matul din il-ġimgħa nifirħu u niċċelebraw bil-kbir flimkien din fil-festa f’ġieħ Missierna San Duminku. Ejjew inżommu dejjem id-dekor u r-rispett lejn xulxin u nkunu xhieda tal-imħabba kbira tagħna lejn il-patrun tagħna San Duminku f’kull ħin. Importanti li l-festa tkun ta’ okkazzjoni biex nersqu lejn is-sagrament tal-qrar u tal-Ewkaristija.Il-Pirjol u l-kommunita’ tal-patrijiet jawgurawlkom mill-qalb il-festa t-tajba.

4 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page