top of page

Avviżi 21 – 22 ta’ Novembru 2020

Il-Ħadd 22 ta’ Novembru – Solennità ta’ Kristu Re Fl-10a.m. quddiesa kantata. Fis-7p.m. Quddiesa mmexxija mill-Pirjol bis-sehem taż-żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu u animata mill-band tal-grupp Unitas tal-hall tal-kunvent.

It-Tlieta 24 ta’ Novembru – Jum it-Twelid tas-Serva t’Alla Francesca Tereża Parlar. Fis-6p.m. Rużarju. Fis-6:15p.m. quddiesa bis-sehem tal-lajċi Dumnikani tal-Birgu biex infakkru jum it-twelid tas-Serva t’Alla Francesca Tereża Parlar. Infakkru li fil-knisja għandna l-irħama li inġiebet minn fuq il-qabar tagħha bi preparazzjoni għat-transalazzjoni tal-fdalijiet tagħha għall-knisja tagħna.

Il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru – Laqgħa tal-Katekiżmu Fis-7p.m. isir il-laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti.

Is-Sibt 28 ta’ Novembru – Bidu tal-Avvent Fil-quddiesa tas-6:15p.m. isir it-tberik u l-mixegħla tax-xema tal-girlanda tal-Avvent. Inħeġġukom biex matul iż-żmien tal-avvent nattednu l-quddies ta’ fost il-ġimgħa u nersqu lejn il-qrar u nsibu ħin matul il-ġurnata għat-talb biex nippreparaw spiritwalment għas-solennita’ tat-Twelid ta’ Ġesu’ Kristu.

L-Envelopes li qassamna l-ġimgħa l-oħra għall-ġabra speċjali ta’ Novembru tistgħu titfugħhom fil-kopp waqt il-ġbir. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

35 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page