top of page

Avviżi 23– 24 ta’ Jannar 2021

Nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar niċċelebraw il-festa ta’ San Tumas t’Akwinu. Fis-5:45p.m. Rużarju Fis-6p.m. Talba tal-Għasar Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata u wara tingħad il-kurunella u barka Sagramentali.

B’ferħ inħabbrulkom li minn nhar il-Ġimgħa sal-Ħadd ser ikollna fostna il-Bastun Mirakoluż ta’ San Ġużepp. Dan sar wara li bħala kapitlu tal-kunvent konna għamilna talba lill-Arċikonfraternita’ ta’ San Ġużepp tar-Rabat, u nirringrazzjawhom li laqgħu it-talba tagħna. Il-bastun kien ippjanat li jiġi s-sena l-oħra f’Ġunju imma dan ma’ seħħx minħabba l-pandemija. Għalhekk kien xieraq li jkun fostna f’din is-sena ċentinarja. Intom u ħerġin mill-knisja ser jitqassmilkom fuljett bil-programm taż-żjara u informazzjonu fuq il-bastun ta’ San Ġużepp.

l-Ġimgha 29 ta' Jannar - Nilqghu fostna l-Bastun ta' San Gużepp Fis-5:45pm Il-Komunita' tilqa' l-bastun fl-intrata tal-kunvent u wara mument ta' talb jittiehed il-knisja. Fis-6pm Ruzarju ta' San Guzepp u wara quddiesa mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Fis-7pm Konferenza fuq l-ittra Appostolika tal-Papa Frangisku "Patris Corde" fl-okkazzjoni tas-sena Guzeppina mill-pirjol.

Is-Sibt 30 ta' Jannar - It-tieni jum taż-żjara

Wara l-quddiesa tas-7:30am u tal-10am tinghad il-litanija ta' San Guzepp

Fis-6pm Ruzarju ta' San Gużepp

Fis-6:15pm Quddiesa mmexxija mill-pirjol.

Wara tingħad il-kurunella ta' San Guzepp u barka sagramentali.

Il-Hadd 31 ta' Jannar - Għeluq taż-żjara.

Fit-8am Quddiesa u wara tinghad il-kurunella ta' San Gużepp.

Fl-10am Quddiesa kantata mmexxija mill-pirjol P. Aaron Zahra OP u wara jitkanta t-Te Deum u barka sagramentali.




36 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page