top of page

Avviżi 24- 25 t’Ottubru 2020

  1. Nhar it-Tlieta 27 t’Ottubru il-quddiesa tas-6:15p.m. tkun idedikata lill-Lajċi Dumnikani wara isir il-laqgħa tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu fil-Kjostru tal-Kunvent.

  2. Nhar is-Sibt 31 t’Otturbu ngħaqlu x-Xahar tar-Rużarju Mqaddes. Wara l-quddiesa tal-10a.m. ikollna espozizzjoni ta’ Ġesu’ Ewkaristija u tibda katina tar-Rużarju Mqaddes sas-6:15p.m. Fis-6:45p.m. ikollna rużarju meditat u wara quddiesa u fl-aħħar jitkanta it-Te Deum. Wara ikollna ċelebrazzjoni Marjana. Fi tmiem isir l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-istatwa ta’ San Duminku tal-Kappella tax-Xirka tad-Duluri.

  3. Nhar il-Ħadd 1 ta’ Novembru niċċelebraw il-festa tal-Qaddsini Kollha. Fl-10a.m. jkollna quddiesa kantata mmexxija mill-pirjol.

  4. Infakkrukom li l-lejla nieħdu ħsieb indawru l-arloġġ siegħa lura. Il-Ħinijiet tal-quddies jibċgħu bħas-soltu: Il-Ħadd fit-8a.m., 10a.m. u f’12p.m. Matul il-ġimgħa fis-7:30a.m. , fl-10a.m. u fis-6:15p.m.

102 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page