top of page

Avviżi 25 - 26 ta’ Marzu 2023

Il-Ħadd 26 ta’ Marzu – Ftuħ tal-Wirja Resurrexit Wara l-quddiesa tal-10a.m. il-Pirjol ibierek u jinawgura l-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, li ssir fil-kjostru tal-kunvent mill-Kumitat Festi Esterni San Duminku, tal-Birgu

It-Tnejn 27 ta’ Marzu – Bidu taż-Żjara tal-Inkwadru Mirakoluż ta’ Ġesù Nazzarenu tal-Parroċċa Dumnikana ta' Tas-Sliema fil-Birgu. Fil-5p.m. nilqgħu ix-xbieha devota ta’ Ġesù Nazzarenu fil-Birgu fejn il-Mina. Wara via crucis u quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP.

It-Tlieta 28 ta’ Marzu – Konferenza fuq it-tagħlim ta’ San Tumas t’Akwinu Fis-6:45p.m. Konferenza fuq l-Inkarnazzjoni t’Alla fuq it-tagħlim ta’ San Tumas t’Akwinu minn Mons. Arċisqof George Frendo OP fil-Knisja.

Il-Ħamis 30 ta’ Marzu – Lejliet il-Festa ta’ Marija Addolorata Wara l- quddiesa tas-6:15p.m. ser issir Velja Marjana fil-knisja.

Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu – Irtir tar-Randan u Jum il-Festa ta’ Marija Addolorata. Quddies: 7:30a.m. , 10a.m, u 6:15p.m. Fid-9a.m. jibda l-irtir tar-Randan għal-lajċi mmexxi mis-Sur Anthony Patrick Vella. Booking għall-ikla ta’ nofsinhar mingħand Grace Gatt jew membru tal-Kunsill tal-Lajċi Dumnikani. Fl-10:30a.m. Via Matris fil-kjostru tal-kunvent. Fis-6p.m. ssir il-purċissjoni ta’ Marija Addolorata mill-parroċċa. Xħin tasal quddiem il-knisja tagħna ser isir mument qasir ta’ talb u nkomplu nakkumpanjaw il-purċissjoni sal-knisja parrokkjali.

Il-Grupp Unitas tas-Sala Dumnikana qegħdin itellgħu d-Dramm oriġinali tal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem 'Elett'. Il-produzzjoni ser issir l-Erbgħa tat-Tniebri, Ħamis ix-Xirka u nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Minn irid jaqta' l-biljetti jista’ jidħol fis-sagristija.

Dawk li jixtiequ joffru d-donazzjoni għall-fjuri tas-sepulkru jistgħu jagħtuhom lil Maria Camilleri.


73 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page