top of page

Avviżi 26-27 ta’ Settembru 2020

  1. L-Erbgħa 30 ta’ Settembru – L-Ewwel Jum tat-Tridu Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija. Wara tingħad il-kurunella, antifona u barka sagramentali. Wara l-quddiesa isir it-tberik tal-kuruni tar-rużarju.

  2. Il-Ħamis 1 t’Ottubru – It-Tieni Jum tat-Tridu Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija. Wara tingħad il-kurunella, antifona u barka sagramentali. Wara l-quddiesa isir it-tberik taż-żejt tal-Madonna tar-Rużarju.

  3. Il-Ġimgħa 2 t’Otturbu – It-Tielet Jum tat-Tridu Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija. Fil-quddiesa ssir iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tar-Rużarju. Wara tingħad il-Kurunella, antifona u barka sagramentali. Wara ssir il-professjoni tal-fratelli ġodda.

  4. Is-Sibt 3 t’Otturbu – Lejliet il-Festa Fis-5:45p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6p.m. Transalazzjoni bir-relikwija mill-artal tal-Madonna tar-Rużarju għall-artal maġġur u wara titkanta it-talba tal-Għasar. Wara quddiesa kantata bl-omelija u barka sagramentali.

  5. Il-Ħadd 4 t’Ottubru – Jum il-Festa Quddiesa fit-8a.m., 10a.m. u 12p.m. Wara l-quddiesa tal-10a.m. tingħad is-Supplika tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei. Fil-5:30p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6p.m. Quddiesa solenni tal-festa kkonċelebrata mmexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra O.P. bis-sehem tal-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ P. Salv Galea. Wara l-quddiesa ser tinxtegħel ix-xemgħa tal-Ġublew tal-450 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza tas-Ssmu. Rużarju fil-Knisja tal-Lunzjata, il-Birgu. Wara isir il-kant tal-antifona u barka sagramentali.

  6. Il-Parroċċa tavża Il-lezzjonijiet tal-Katekiżmu tat-tfal; se jsiru kull nhar ta' Ħamis fil-5:30pm sas-6:15pm. fuq zoom. Il-Katekisti se jibgħatu il-link ta' zoom għall-lezzjoni tagħhom fuq il-facebook page. Se tittieħed l-attendenza ta' kull lezzjoni kif kien isir qabel. Fil-5 t’Ottubru fil-5:30p.m. ser issir ir-reġistrazzjoni fiċ-ċentru, tal-membri l-ġodda tal-year 1 u year 2, il-ġenituri mitluba jiġu bil-maskra u biro personali.

59 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page