top of page

Avviżi 28- 29 ta’ Mejju 2022

It-Tlieta 31 ta’ Mejju – It-Tielet Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju u litanija ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija, wara kurunella, kant tal-antifona, u barka sagramentali.

It-Tlieta 31 ta’ Mejju – Rużarju fit-Toroq Fis-7:30p.m. ser jingħad ir-rużarju fi Triq il-Foss. Ser noffru rużarju għall-paċi kif qed jitlobna l-Papa Franġisku.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju – L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar/ Laqgħa ta’ Katekeżi Wara l-quddiesa tal-10a.m. ssir l-adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ikollna l-laqgħa tal-katekeżi fuq l-omeliji tal-Papa Franġisku f’Malta.

Illum qed issir il-ġabra tal-envelopes bid-donazzjonijiet tagħkom b’risq il-festi ta’ ġewwa tal-Festa ta’ Missierna San Duminku. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

58 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page