top of page

Avviżi 29-30

It-Tnejn 31 t’Ottubru – Għeluq ix-xahar tar-Rużarju Wara l-quddiesa tas-7:30a.m. tibda ġurnata espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija. Fis-5:45p.m. Talba tar-Rużarju animata u kant tat-Te Deum immexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija mmexxija mill-Kan. Dun Ivan Aquilina. Wara ċelebrazzjoni Marjana fil-Knisja bil-vara devota tal-Madonna tar-Rużarju.


It-Tlieta 1 ta’ Novembru – Solennità tal-Qaddisin kollha. Fl-10a.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol u wara titkanta l-litanija tal-Qaddisin. Fis-6:30p.m. fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar ir-Rabat Fra Anthony Baldacchino ser jiċċelebra is-60 Anniversarju mill-professjoni reliġjuża. Nawgurawlu u nitolbu għalih u għal aktar vokazzjonijiet dumnikani. Inżommu fit-talb is-6 studenti li għandna bħalissa fil-provinċja tagħna.


It-2 ta’ Novembru – L-Għid tal-Imwiet Quddies: 7:30a.m. ,8:00a.m., 10:00am. U 10:30a.m. Fis-5:45p.m. Rużarju tal-Erwieħ. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar u wara quddiesa bl-omelija mmexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP.


It-Tlieta 3 ta’ Novembru – Festa ta’ San Martin De Porres Fis-5:45p.m. Rużarju u wara talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali.


Il-Ħadd 6 ta’ Novembru – Tberik tal-Annimali Fl-okkażjoni tas-60 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ San Martin De Porres. Fl-10a.m. Quddiesa u wara demostrazzjoni bix-xbieha ta’ San Martin De Porres mill-Knisja sa Couvre Port fejn hemm ser issir taħdita fuq il-ħarsien tal-annimali mis-Sur George Farrugia mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali u mis-segretarju Parlamentari għall-ħarsien tal-annimali Dr. Alicia Bugeja Said. Ser ikollna fostna wkoll is-sezzjoni tal-klieb tal-Korp tal-Pulizija. Wara jsir ir-rit tat-tberik tal-annimali. Kulħadd mistieden iġib l-annimali għat-tberik.


46 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page