top of page

Avviżi 3- 4 ta’ Lulju 2021

  1. Nhar it-Tlieta 6 ta’ Lulju – Għeluq tal-Kapitlu Provinċjali Fl-10a.m. il-Provinċjal P. Vince Micallef OP ser jiċċelebra l-quddiesa tal-għeluq tal-Kapitlu Provinċjali. Għal din il-quddiesa mistednin b’mod speċjali l-għaqdiet Dumnikani tal-Birgu.

  2. Nhar it-Tlieta 6 ta’ Lulju - niċċelebraw it-Tmien Tlieta ta’ Missierna San Duminku. Fis-6p.m. Rużarju u litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija mexxija mill-Pirjol. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.

  3. Nhar is-Sibt 10 ta’ Lulju – ser issir il-Book Launch tal-Ktieb: Id-Dumnikani tal-Birgu ġewwa l-Excelsior Hotel. Din il-pubblikazzjoni fuq il-ġrajja tal-Ordni Dumnikan fil-Birgu miktuba minn Anton Attard u qeda ssir fl-okażżjoni taċ-ċentinarju ta’ San Duminku. Dawk li rriservaw il-post tagħhom mitluba li jġibu magħhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

  4. Nhar it-Tlieta 13 ta’ Lulju – It-Tminn Konferenza taċ-Ċentinarju Ser ikollna it-tmien’ konferenza taċ-ċentinarju bit-tema’ it-Tfittxija tal-Wiċċ t’Alla: l-Kariżma Dumnikana u l-Iskrittura Mqaddsa. Jidirizza l-konferenza P. Justin Schembri OP fis-7p.m. fil-kjostru tal-kunvent.

56 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page