top of page

Avviżi 31 t’Ottubru – 1 ta’ Novembru 2020

Il-Ħadd 1 ta’ Novembru – Solennita’ tal-Qaddisin Kollha Fis-9:30a.m. Talba tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. Fl-10:00a.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol.

It-Tnejn 2 ta’ Novembru – L-Għid tal-Imwiet Quddies: 7:30a.m. u 8a.m.                  10a.m. u 10:30a.m. Fis-5:45p.m. Rużaru. Fis-6p.m. talba tal-Għasar u wara quddiesa b’suffraġġju għal dawk li sarilhom il-funeral fil-Knisja tagħna matul din is-sena.

It-Tlieta 3 ta’ Novembru – Festa ta’ San Martin De Porres Fis-6p.m. Rużarju. Fis-6:15p.m. quddiesa iddedikata għall-abbatini. Wara jsir it-tberik tal-annimali fil-kjostru tal-kunvent.

L-Erbgħa 4 ta’ Novembru – Jum il-Mejtin tal-Għaqdiet Dumnikani tal-Birgu Fis-6:15p.m. Quddiesa b’suffraġġju għall-membri tal-Għaqdiet Dumnikani tal-Birgu.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru – L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Wara l-quddiesa tal-10a.m. jkollna l-adorazzjoni tal-ewwel ġimgħa tax-xahar. Fis-7p.m. laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti fil-kunvent.

Is-Sibt 7 ta’ Novembru – Festa tal-Qaddisin Kollha Dumnikani Fl-10a.m. quddiesa bl-omelija u wara tingħata l-barka sagramentali.

Il-Ħadd 8 ta’ Novembru – Il-Mejtin Kollha Dumnikani Fid-9:30a.m. jibda l-pelleġrinaġġ fiċ-ċimiterju tal-Addolorata quddiem il-Kappella tax-Xirka tad-Duluri bit-talba tar-Rużarju. Wara quddiesa mmexxija mill-Pirjol. Għat-trasport avviċinaw lili jew lil Grace Gatt jew Maria Camilleri. 

33 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page