top of page

Avviżi 5 – 6 ta’ Diċembru 2020

Għada/il-lejla Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru – Ngħixu l-Avvent Flimkien Fis-6:30pm ser ikollna espozzizjoni ta' Ġesù Ewkaristija b'mumenti ta' adorazzjoni fis-skiet, Rużarju, Għasar u Kompieta fl-Oratorju fil-Kunvent.

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Diċembru – Solennita’ tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija Quddies: 7.30a.m. , 10a.m. u 6.15p.m.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru – Laqgħa tal-Katekiżmu Il-quddies tas-6.15p.m. ser issir fl-oratorju fil-kunvent u wara isir il-laqgħa tal-katekiżmu.

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru – it-3 Ħadd tal-Avvent Fis-6:30pm ser ikollna espozzizjoni ta' Gesu' Ewkaristija b'mumenti ta' adorazzjoni fis-skiet, Rużarju, Għasar u Kompieta fl-Oratorju fil-Kunvent.

Il-Ġabra speċjali tax-xahar ta’ Novembru laħqet is-somma sabiħa ta’ €1,687. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom. Din is-somma ser tmur b’risq l-ispejjeż taċ-ċentinarju ta’ Missierna San Duminku.

Fl-intrata tal-kunvent il-kumitat tal-festa qiegħed jagħmel bejgħ ta’ Poinsettia u pjanti. Wieħed jista’ jixtri poinsettia biex inżejnu l-knisja. L-Għaqda Żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu qed jaċettaw ukoll ordnijiet għall-Christmas Logs.

Illum qed jitqassam il-fuljett “Mit-telgħa tal-Lunzjata” tax-xahar ta’ Diċembru li fih issibu l-programm kollu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied.

54 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page