top of page

Avviżi 5- 6 ta’ Ġunju 2021

  1. Nhar it-Tnejn 7 ta’ Ġunju – Ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali Fil-quddiesa tal-10a.m. fil-Knisja tagħna ser isir il-quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali li ser issir fil-Kunvent tagħna. Inħeġġukom biex fil-jiem li ġejjien titolbu għall-provinċja Dumnikana.

  2. Nhar it-Tlieta 8 ta’ Ġunju - niċċelebraw ir-Raba’ Tlieta ta’ Missierna San Duminku. Fis-6p.m. Rużarju u litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Tonio Mallia Milanes. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.

  3. Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju – Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fl-10a.m. quddiesa bl-omelija u wara jkollna adorazzjoni quddiem Ġesu’ sagramentat u barka sagramentali.

11 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page