top of page

Avviżi 8 - 9 t’Awwissu 2021

Il-Ħadd 8 t’Awwissu – Jum il-Festa Liturġika ta’ Missierna San Duminku Fit-8:45a.m. Talba tal-Uffiċċju tal-Qari u tifħir ta’ sbieħ il-jum. Fl-9:45a.m. Ingress solenni tal-E.T. Mons. Arċisqof George Frendo O.P., Ariċisqof ta’ Tirana l-Albanija. Fl-10a.m. Quddiesa solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof George Frendo O.P. wara jsir il-kanta tal-antifona.

It-Tlieta 10 t’Awwissu – It-Tlettax –il Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju u litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.

It-Tlieta 10 t’Awwissu – Il-Parroċċa tiċċelebra s-Solennità ta’ San Lawrenz.

F’ismi u f’isem il-Komunita tal-Patrijiet Dumnikani nawgura l-festa t-tajba lill-Arċipriet, il-Kapitlu, u l-Kleru tal-Parroċċa.


Il-Ħadd 15 t’Awwissu – Solennità tat-Tlugħ fis-sema’ ta’ Marija – Festa Kmandata Quddies: 8a.m. , 10a.m. u 12p.m. (Tas-Sibt filgħaxija tkun tgħodd għal Ħadd).

Dawk li jixtiequ jagħmlu l-bukkett tal-fjuri quddiem il-vara ta’ San Duminku fil-jiem tal-festa jistgħu jagħmlu l-ordni ma’ Fra Xmun. Kull bukkett jiswa’ Eur25. Wieħed jista jagħmel Bukkett ta’ mħabba billi jagħti donazzjoni ta’ Eur25 u jitwaħħal il-biljett ma’ board fejn il-vara. Id-donazzjoni tmur b’risq l-ispejjeż tal-festa.

Illum qegħdin iniedu domna kommemorattiva taċ-ċentinarju Solid Silver 925. Wieħed jista’ jordna din id-domna. Il-Prezz huwa ta’ Eur50.

39 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page