top of page

Avviżi 8 - 9 ta’ Mejju 2021

Nhar it-Tlieta 11 ta’ Mejju ser niċċelebraw il-Kanonizazzjoni ta’ Santa Margerita ta’ Kastello, Terzjarja Dumnikana. Fis-6p.m. Rużarju u wara tingħad il-litanija tal-Qaddisin Dumnikani. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes O.P.

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Mejju – Nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel Tlieta. Fis-6p.m. Rużarju u Kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Fis-7p.m. ikollna il-Ħames Konferenza bi tħejjija għaċ-ċentinarju minn P. Joseph Ellul O.P. fil-kjostru tal-kunvent.


Is-Sibt 15 ta’ Mejju Il-Quddiesa tal-10a.m. ser issir fil-kjostru minħabba x-xogħol tal-pittura l-ġdida. Fis-6p.m. Rużarju u Kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija mill-Pirjol. Wara l-quddiesa jsir it-tberik tal-ħobż ta’ San Duminku.


Il-Ħadd 16 ta’ Mejju Fl-10a.m. Quddiesa għall-għaqdiet kollha Dumnikani tal-Birgu. Wara l-għaqdiet ipoġġu l-kuruni tar-rand quddiem l-istatwa ta’ San Duminku fi Triq il-Mina l-Kbira. Matul il-ġurnata fl-intrata tal-kunvent ser ikollna t-Transplant Support Group għal dawk li jixtiequ jagħmlu d-donor card. Fis-7p.m. Son et Lumiere fil-kjostru tal-kunvent. Lejla Mdawwal b’riflessjoni u mużika fuq Missierna San Duminku. Wiħed irrid jinfurmana minn qabel bl-attendenza, Tistgħu tħallu isimkom fis-sagristija.


Mill-Ġimgħa 14 sat-Tlieta 18 OP BIRGU MEDIA ser ixxandrilkom programmi u intervisti interessanti. Segwu fuq il-paġna ta’ facebook tal-Kunvent u tal-festa.

72 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page