top of page

Avviżi 9 - 10 t’April 2022

Updated: Apr 13, 2022

Għada nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Ejjew nagħmlu ħilitna biex ngħixu din il-ġimgħa tant importanti fi spirtu ta’ meditazzjoni u ġabra. Nistednukom biex tgħixu din il-ġimgħa tant importanti fil-ħajja tan-nisrani billi tieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li ħejjejna. Illum qed jitqassmilkom il-Fuljett mit-telgħa tal-Lunzjat li fih iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Ħadd 10 t’April – Ħadd il-Palm Fl-9:45a.m. Rit tat-tberik taż-Żebbuġ quddiem in-niċċa ta’ San Duminku fi triq il-Mina l-Kbira u wara tkompli l-purċissjoni. Wara quddiesa bil-qari tal-passjoni tal-Mulej Ġesu’ mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP.


It-Tnejn 11 t’April – It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa Fis-6p.m. Talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Provinċjal P. Vince Micallef OP. Fit-8p.m. Kunċert Mużikali Funebri imtellgħa mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own fil-Knisja taħt il-patroċinju tal-W.R. Provinċjal P. Vince Micallef OP.


It-Tlieta 12 t’April – It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa Fis-6:45p.m. Via Crucis fil-kjostru tal-kunvent mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP.


L-Erbgħa 13 t’April – L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa Fis-7:00p.m. Funzjoni tat-Tenebrae fil-knisja.


Il-Ħamis 14 t’April – Ħamis ix-Xirka Fis-7:30a.m. Talb tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ sbieħ il-Jum. Fis-6p.m. Rużarju. Fis-6:15p.m. Quddiesa kkonċelebrata ta’ Ħamis ix-Xikra mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP il-ħasil tar-riġlejn. Wara ssir it-translazzjoni bis-Ssm. Sagrament għall-artal ta’ repożizzjoni. Wara jibdew il-viżti.


Il-Ġimgħa 15 t’April – Il-Ġimgħa l-Kbira Fis-7:30a.m. Talb tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ sbieħ il-Jum. F’11.45a.m. Rużarju u Talb ta’ Nofs il-Jum. Fis-2:15p.m. Via Crucis mmexxija minn P. Alan J. Adami OP u wara jsir l-inżul ta’ Ġesù minn fuq is-salib. Fit-3p.m. Funżjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP.


Is-Sibt 16 t’April – Sibt il-Għid Fis-7:30a.m. Talb tal-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ sbieħ il-Jum. Wara jkun hemm servizz tal-qrar. F’11.45a.m. Rużarju u Talb ta’ Nofs il-Jum. Fit-8p.m. Funzjoni ta’ Sibt il-Għid mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP.


Il-Ħadd 17 t’April – Ħadd il-Għid Fit-8a.m. Quddiesa kantata mmexxija minn P. Alan J. Adami OP Quddies: 10a.m. u 12p.m.

Illum qed inżanżnu sistema’ ġdida ta’ camera tat-trasmissjoni għal fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali. Permezz ta’ dan l-apparat li sewa’ €12,000 aħna nkunu nistgħu nwasslulkom il-predikazzjoni tagħna fid-djar tagħkom. Parti mill-proġett ġiet iffinanzjata mill-Fondazzjoni Kottonera. Nitolbukom tgħinuna bid-donazzjonijiet tagħkom fil-ġabra speċjali tax-xahar li ser issir il-weekend li ġej.

Dawk li jixtiequ joffru d-donazzjoni tagħhom b’risq il-fjuri tas-sepulkru jistgħu jagħtuha lil Fra Xmun jew lil Maria Camilleri.

44 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page