top of page

Aġġornata: Sospenjoni tal-attivitajiet reliġjużi

Fuq direttivi ta' Mons. Arċisqof, il-quddies u l-funzjonijiet reliġjużi fil-pubbliku ġew sospiżi sabiex titrażżan l-imxija tal-virtu Covid-19. Bħal issa qed naħdmu biex ikun hemm trasmissjoni live tal-quddies mill-Knisja tagħna kemm fuq il-paġna tal-Facebook u fuq dan il-website. Il-quddies ser ikun bħas-soltu fis-7:30a.m., fl-10:00a.m. u fis-6:15p.m. Intant, kull nisrani huwa msejjaħ biex jieħu jsegwi l-quddiesa filwaqt li jagħmel it-tqarbina tax-xewqa ġaladrba ma jistax jagħmel dik sagramentali,

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija. Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd. Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija. Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment, nitolbok li tiġi fija spiritwalment. Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek. Ħeġgiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik, nitma fik u nibqa’ nħobbok għal dejjem.


AġġornamentI: avviż tal-ħinijiet.

326 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page